Bullettin ta’ 28 Ħadd matul is-Sena (Sena A)
Nhar il-Ħadd filgħodu, 5 ta’ Ottubru 2008, l-Isqof t’Għawdex Mons Mario Grech mexxa konċelebrazzjoni fl-okkażjoni tal-ewwel ċentinarju mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni tal-Iscouts fil-gzejjer Maltin. Għadd kbir ta’ Scouts minn Malta u Għawdex kienu preżenti għal din il-quddiesa li saret fil-gym tas-Seminarju fir-Rabat, Għawdex.
Fl-omelija tiegħu l-Isqof Grech wassal dan il-messaġġ:
PDF - Maltese Version
PDF - English Version
Ittra lill-Familja 3/2008
Ittra ta’ Mons Isqof Mario Grech
lill-Familji Għawdxin
fil-Ftuħ tal-Missjoni Djoċesana
“Kull familja titgħallem tagħmel tinda”
Għeżież,
“Grazzja u sliem minn Alla l-Missier tagħna u Sidna Ġesù Kristu!” (Rum 1,7)
Meta jidħol il-lejl u l-ulied iż-żgħar jinġabru biex jorqdu, normalment il-ġenituri jħallu dawl żgħir jixgħel fil-kamra ta’ wliedhom biex jekk xi ħadd jistenbaħ ma jibżax mid-dlam. Dan id-dawl inemnem mhux biss ikisser id-dlam tal-lejl, imma jfakkar li dalwaqt ser titla’ x-xemx li tkeċċi d-dlam bid-dija tagħha.
Intenzjoni Ġenerali
Biex is-Sinodu ta’ l-Isqfijiet iżid fina l-impenn li nħabbru l-verità tal-Fidi, f’għaqda mal-Knisja kollha.
Intenzjoni Missjunarja
Biex kull komunità nisranija tħoss il-bżonn li tagħti s-sehem tagħha fil-missjoni universali tal-Knisja bit-talb, bis-sagrifiċċju u b’għajnuna konkreta.
Intenzjoni tal-Isqfijiet
Għall-għalliema fl-iskejjel kollha biex l-Ispirtu s-Santu jieqaf magħhom fil-ħidma delikata ma’ wliedna
Fil-ħarġa tal-Maltese Herald ta’ 30 ta’ Settembru 2008 Charles Spiteri jikteb dwar
-
Tmiem il-klabb tas-sajf li ġie organizzat mill-Oratorju Don Bosco
-
Xogħol ta’ restawr fil-knisja Kolleġġjata u Bażilika tax-Xagħra
-
Abbatini Għawdxin fil-Vatikan
-
Lapida ta’ tifkira tal-miġja ta’ Santa Marija fix-Xagħra
Niżżel il-paġna dwar Għawdex minn hawn
PowerPoint Presentation
Kalendarju Missjoni Djoċesana
Tagħrif dwar il-Missjoni Djoċesana
A. Introduzzjoni
Wara riflessjoni fuq il-Kelma ta’ Alla, kif ukoll fuq is-sitwazzjoni reliġjuża tad-djoċesi, l-Isqof flimkien mal-equipe pastorali, il-Kulleġġ tal-Kappillani, eċċ, ħaseb biex fl-okkażjoni tas-Sena Pawlina iniedi Missjoni Djoċesana.
B. L-Iskop
a. Biex l-insara tal-gzira, ikollhom l-opportunità li jerġgħu jgħixu l-ġrajja tax-xandir tal-Aħbar it-Tajba mwassla minn Pawlu.
b. Biex jerġgħu jagħrfu s-sbuħija tal-ħajja tad-dixxipli ta’ Ġesù.
c. Biex jerġgħu jagħżlu b’konsapevolezza u rieda li jħobbu lil Ġesu’, jieħdu sehem aktar attiv fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija u jkomplu l-formazzjoni nisranija tagħhom.
